Let’s Talk Farming Activity – May 2026


Bħala parti mill-proċess tal- kitba tal-istruzzjonijiet, l-istudenti tas-sitt klassi, mhux biss tgħallmu kif għandek tikteb istruzzjonijet iżda wkoll ippreparaw xarba friska tal-lumi. Flimkien mal-għalliema tagħhom, ippreparaw l-ingredjenti u l-affarijiet li kellhom bżonn u wara, bħala klassi, qassmu x-xogħol bejniethom u bdew il-proċess. Fl-aħħar, kollha ħadu gost jixorbu din ix-xarba sustanzjuza.
Din l-attività hi waħda mill-ħafna attivitajiet li l-iskola organizzat matul din is-sena skolastika fejn il-programm tal-Let’s Talk Farming jiġi integrat fil-kurrikulu b’mod interessanti li jinvolvi l-parteċipazzjoni tal-istudenti b’mod innovattiv.